Binhom kien irrappurtat nieqes fil-31 ta’ Diċembru 2020 iżda baqa’ ma nstabx
Il-ġenituri ta’ Marcel Pisani, ir-raġel li kien irrappurtat nieqes fil-31 ta’ Diċembru 2021, qasmu d-dulur kbir ta’ dak li għaddew minnha bħala familja.
F’intervista li ġiet ippubblikata fuq il-paġna ta’ Bjorn Formosa (ALS Malta), missieru Alfred tkellem dwar ibnu u dwar l-aħħar mument li kellhom kuntatt miegħu. Marcel kien se jidħol Dar Bjorn il-ġdida.
Missieru qal: “Kelna żewġt itfal u Marcel kien il-kbir. Kien ħabib ma’ kulħadd, jekk jara wieħed għaddej fit-triq isellimlu u jkellmu u jistiednu jmorru jieħdu kafe jew xi ħaġa. Kien bniedem li jkompli ma’ kulħadd. Ħbiebu kienu jirrispettawh ħafna.”
Żied jgħid: “Kien it-Tnejn, kien maltemp u ċemplilna fil-5.00p.m. u qalilna ‘pa ħa mmorru nimxu’. Jien u ommu għednilu għaliex kien sejjer issa f’dan maltemp u hu qalilna li kellu bżonn joħroġ u li kien sejjer jixtri.”
“Wara li għednilu biex jistenna sal-għada, qalilna li ma jistax għax kellu bżonn xi affarijiet. Mar… u sparixxa u tefa’ l-mobile dak il-ħin għax minn sorsi tal-kumpanija li kien affiljat magħha qalu lill-Pulizija li l-mobile ġie mitfi wara li tkellem magħna, jiġifieri għall-ħabta tal-5.15p.m. Dik l-aħħar darba li smajnih. Għedna imqar forsi l-karozza jsibuha. Għamel x’għamel, il-karozza għandha tinsab x’imkien mhux lanqas il-karozza ma nstabet. Kieku sabu l-karozza sabu lilu.”
Segwi l-intervista sħiħa:
Illum f’Jum Id-Duluri għin lil aktar persuni b’kundizzjonijiet newreloġiċi.
- BOV Mobile Pay – 79096249
- SMS – 5061 8936 – €6.99 – https://bit.ly/HelpBjorn699
- Online – https://alsmalta.org/donate/