Bħal-lum 12 ta’ Mejju tas-sena 1918 twieled Yakov Batyuk. Dan kien wieħed mill-mexxejja ta’ resistenza Komunista kontra l-Faxxisti u n-Nażisti. Huwaa kien twieled fit-Tramuntana tal-Ukrajna.
Batyuk kien persuna nieqes mid-dawl imma, minkejja dan, kien irnexxielu jorganizza moviment ta’ ħaddiema u dawn mexxew ħidma effettiva kontra truppi Nażisti.
Fis-sena 1942 huwa kien waqqaf stamperija u stampa għadd ta’ fuljetti kontra l-faxxisti. Aktar tard dan il-persunaġġ qassam armi lill-partiġġjani, liema armi kienu nsterqu minn imħażen li kienu f’idejn in-Nażisti.
F’Awwissu tas-sena 1943 il-grupp tiegħu kollu kien arresta mill-Gestapo u wara jiem ta’ tortura, 26 minn dawk maqbuda nqatlu fosthom Batyuk.