Sunday, December 22, 2024

“Kien sejjer żball min ħaseb li jien kont se nitlaq… se nagħtu risposta lid-dinja”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Il-Partit Nazzjonalista kien, għadu u se jibqa’ partit b’saħħtu. Kien hawn min ħaseb jew anke ttama li jien kont qed nitlaq mill-Partit Nazzjonalista. Kemm sejjer żball, jien hawn magħkom, jien hawn ma’ dan il-partit u hawn mal-Kap biex fis-26 ta’ Marzu nagħtu risposta lid-dinja kollha”. Sostna dan id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech waqt li kien qiegħed jagħmel id-diskors tiegħu waqt mass rally min-Naxxar.

Grech fakkar li bis-saħħa tal-eks mexxej tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea u ddeskrivieh bħal wieħed mill-akbar statisti li kellu pajjiżna.

Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista huwa kburi b’kull mexxej li kellu hawnhekk waqaf biex ifakkar kif Bernard Grech waqaf mill-kampanja elettorali tiegħu biex jappella għas-sens komun rigward l-pożizzjoni ta’ pajjiżna fid-dawl tal-invażjoni.

Grech qal li hemm differenza bejn il-politika tal-Partit Nazzjonalista u dik tal-Partit Laburista. Huwa żied jgħid li dan mhuwiex partit tal-miljuni, iżda huwa partit li tgħallem mill-iżbalji biex llum huwa fl-aħjar verżjoni li qiegħed juri li għandu l-kuraġġ u determinazzjoni li juri u jerġa’ jagħti r-risposta għal paġna ġdida b’viżjoni.

Ekonomija

Sport