Friday, April 19, 2024

Kienet ilha taħbi l-kanċer għal tliet snin wara dijanjożi ħażina

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Mairead Mcguire, Irlandiża ta’ 29 sena, b’ossessjoni għall-ismurija, ilha taħbi boċċa fuq il-ġilda għall-dawn l-aħħar tliet snin. Dan wara li t-tobba qalulha li m’għandiex għalfejn tinkwieta. 

Mcguire, ingħatat l-aħbar li żviluppat il-basal cell carcinoma riċentament iżda dan wara snin sħaħ ta’ użu eċċessiv ta’ tanning beds, bil-għan li tismar. 

“Jiena minn dejjem kelli ġilda ċara ħafna u narani isbaħ samra u kien għalhekk li bdejt nuża t-tanning beds, minn mindu kelli 15-il sena. Iffissajt,” tgħid Mairead. Hija spjegat kif kienet tagħmel użu minn dan is-servizz bejn tlieta u erbgħa darbiet fil-ġimgħa u meta kien ikollha xi attività importanti kienet tmur tuża dan l-apparat kuljum, “biex tipprepara għall-avveniment”. 

“Fl-2018, indunajt li kelli boċċa żgħira fuq moħħi u injorajtha għal ftit xhur u bqajt nismar normali,” spjegat. Żiedet tgħid ukoll li meta eventwalment marret għand it-tobba huma qalulha li ma kienet xejn ħlief felula. 

Intant, minħabba din id-dijanjosi pruvat tneħħi l-‘felula’ erba’ darbiet, “iżda baqgħet tikber u dejjem tiggrava. Bdiet tikber b’rata allarmanti u bdiet tuġani.”

L-Irlandiża tirrakkonta kif, kellha l-ħsieb li din setgħet kienet sintomu tal-kanċer tal-ġilda, iżda lanqas dan il-ħsieb ma waqqafha milli tkompli tismar. Minkejja dan hija tgħid ukoll li kienet konxja ħafna fuq id-dehra ta’ din il-boċċa, b’mod partikolari dwar id-daqs tagħha u kienet tagħmel xagħrha b’mod speċifiku, bil-għan li taħbiha.”

Wara li bdiet tħossha xettika fuq id-dijanjożi, talbet għall-opinjoni ta’ tabib ieħor. Tgħid li minkejja li kellhom id-dubju u kienu xettiċi jekk kienx kanċer tirrakkonta kif, “ċempluli u infurmawni li kelli l-kanċer tal-ġilda, fi triqti lejn il-ħanut tat-tanning beds.

Fl-aħħar temmet tgħid li minn dejjem kienet taf li dan it-trattament kien perikoluż u seta’ jwassal għal-kanċer iżda qatt ma basret li kienet se tkun vittma tagħhom hi stess. “Issa li ġrat lili żgur li mhux se nerġa’ nużhom darb’oħra f’ħajti.”

Sport