Minn Cristian Muscat
Il-Ħadd li għadda ġew fi tmiemhom il-kampjonati nazzjonali tal-Badminton fejn kienu assenjati l-ħames titli nazzjonali, dawk tas-singles u d-doubles, tal-irġiel u n-nisa, kif ukoll il-mixed doubles.
Fis-singles tal-irġiel Matthew Abela rebaħ dan it-titlu għall-għaxar darba wara li għeleb lil Sam Cassar 21-17, 21-13. Samuel Calì u Nigel Degaetano waslu sas-semi finali.
Fis-singles tan-nisa suċċess għal Francesca Clark li rebħet it-titlu Nazzjonali wara li għelbet lil Lauren Azzopardi 21-16, 21-12. Emily Abela u Elenia Haber waslu sas-semi finali.
Fid-doubles tal-irġiel Mark Abela u Sam Cassar rebħu din il-kategorija wara logħba kumbattuta fuq 3 games fejn huma għelbu lil Matthew Abela u Matthew Galea 19-21, 21-11, 22-20.
Id-doubles tan-nisa wkoll kellha finali nteressanti u kienet deċiża fit-tielet game. Il-koppjaLauren Azzopardi u Elenia Haber rebħu dat-titlu minkejja li tilfu l-ewwel game iżda rnexxielhom jegħlbu lill-koppja Francesca Clark u Martina Clark 10-21, 23-21, 21-14. tilfu l-ewwel game iżda mbgħad rebħu lil Francesca Clark u Martina Clark, 10-21, 23-21, 21-14.
Fil-mixed doubles success għall-koppja Francesca Clark u Sam Cassar li fil-final għelbu lil Elenia Haber u Matthew Abela f’żewġ games 21-12 u 21-6.
Intant dan is-sit tkellem ma’ Matthew Abela rigward dan is-suċċess li kiseb fejn qal: “Ovvjament, kienet kisba kbira personalment li nirbaħ l-għaxar Titlu Nazzjonali tas-Singles tal-Irġiel tiegħi. Il-Kampjonati Nazzjonali għalija għadhom avveniment prestiġjuż u niffoka fuq li nagħmel l-almu tiegħi kull sena. Ninsab kuntent ħafna bil-prestazzjoni tiegħi fis-singles u kburi li x-xogħol iebes kollu tiegħi qabel il-logħob ta l-frott.”



