Sunday, December 22, 2024

“Kienet l-aktar esperjenza diffiċli f’ħajti iżda wkoll l-aktar waħda eċċitanti” 

Aqra wkoll

Tgħid dan l-attriċi ta’ fama internazzjonali Madalina Ghenea li fl-aħħar ġimgħat kienet tinsab pajjiżna għal ġbid ta’ film

L-Attriċi u mudella ta’ fama internazzjonali Madalina Ghenea, li għal dawn l-aħħar ġimgħat kienet tinsab f’pajjiżna għall-ġbid tal-film ‘Deep Fear’, iddeskriviet din l-esperjenza bħala l-aktar waħda diffiċli f’ħajjitha, iżda wkoll l-aktar eċċitanti.

“Kienu seba’ ġimgħat twal u intensi li fihom skoprejt parti minni nnifsi li ma kontx nemmen li teżisti,” qalet l-attriċi li fost l-oħrajn hija magħrufa għall-karattru lil kienet tinterpreta f’House of Gucci.

Hija żiedet tgħid: “Sfortunatament il-klima ma kinitx waħda favorevoli għalina u għalhekk, minbarra t-12 u t-13-il siegħa kuljum ta’ xogħol, il-kesħa speċjalment dik perċepita fl-ilma, għamlet kollox aktar diffiċli.”

Madalina qalet li baqalhom xhur ta’ ħidma imma tinsab ħerqana li l-proġett jitlesta biex tkun tista’ turih lill-pubbliku u lill-ammiraturi tagħha.

Ix-xahar li għadda kien intqal li l-film ‘Deep Fear’ mistenni jħalli fl-ekonomija Maltija mal-€4 miljun. Uħud mill-postijiet li intużaw f’dan il-film jinkludu l-Kalkara, Delimara u l-Blue Lagoon.

Ekonomija

Sport