Wednesday, December 24, 2025

“Kienet mara żgħira… dejjem tidħak”

- Qarib tal-familja ta’ “LeeLee”

Aqra wkoll

Tinqatel tifla ta’ 13-il sena f’Goldsboro f’North Carolina

Il-komunità ta’ Goldsboro fl-Istati Uniti tinsab taħt xokk hekk kif nhar il-Ħadd li għadd nqatlet tifla ta’ 13-il sena hekk kif persuna jew persuni sparaw lejha.

Jaleeyah Tune jew kif kienet magħrufa “LeeLee” inqatlet għall-ħabta tal-4.30pm bil-pulizija Amerikana mill-ewwel tibda tfittex lis-suspettati.

Il-Pulizija s’issa arrestaw 3 ġuvintur… tnejn ta’ 16-il sena u ieħor ta’ 15-il sena. Jidher li l-qtil seħħ hekk kif il-vittma flimkien ma’ oħta u grupp ta’ tfal oħrajn kienu mexjin il-mixja tal-Ħadd meta f’daqqa waħda ħareġ xi ħadd mill-ħaxix li hemm fl-inħawi u beda jispara bl-addoċċ… b’xorti ħażina intlaqtet Tune li mietet fuq il-post.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport