Kif imbassar fl-aħħar sigħat diversi lokalitajiet madwar il-gżejjer Maltin intlaqtu minn ħalbiet ta’ xita li varjaw skont il-lokalità.

Għalkemm jidher li kienu biss ftit ħalbiet tax-xita, skont it-tbassir tat-temp maħruġ mill-Uffiċċju Meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali jidher li għandna nistennew temp imsaħħab u anke ħalbiet oħra ta’ xita bir-ragħad matul il-jum (is-Sibt).

Ir-riħ mistenni jibqa’ jonfoħ b’saħħa li tlaħħaq il-forza sitta sakemm mit-Tnejn jerġa’ jibnazza u r-riħ inaqqas ukoll.