Hemm ċans kbir li l-klassifika tal-midalji fl-Olimpjadi ta’ Pariġi ma tiżdiedx b’mod konsiderevoli.
Dan minħabba li atleti mir-Russja u l-Belarus se jkunu qed jikkompetu fl-Olimpjadi bħala atleti individwali newtrali (AIN) u minbarra li mhux se jitħallew jieħdu sehem fit-tlugħ tal-bnadar u d-daqq tal-innijiet nazzjonali tagħhom, huma wkoll mhux se jkunu inklużi fil-klassifika uffiċjali tal-midalji.
Ir-Russja u l-Belarus huma pprojbiti milli jibagħtu timijiet għal-Logħob wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna, li kienet appoġġjata mill-Belarus.
Iżda l-pajjiżi qed jiġu mistiedna jibagħtu atleti individwali li jissodisfaw kriterji stretti stabbiliti mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (KOI) dwar jekk l-atleti jappoġġjawx il-gwerra jew għandhomx rabtiet militari.
Ir-Russja storikament bagħtet uħud mill-akbar kontinġenti għall-Olimpjadi – anke meta kkompetiet fil-Logħob riċenti taħt sanzjonijiet imposti wara skandlu tad-doping – u hija waħda mill-aktar pajjiżi li qatt rebħu midalji.
Iżda din id-darba se tkun differenti ħafna.
Il-KOI stieden biss 36 atleta Russi u 24 atleta Belarussi – li minnhom 15-il Russu u 17-il Belarussu biss aċċettaw l-istediniet. F’Tokjo 2020, il-Kumitat Olimpiku Russu bagħat 335 atleta filwaqt li dak tal-Belarus bagħat 101.
Filwaqt li r-Russja qalu li ma kienux qed jippjanaw li jibbojkottjaw il-Logħob, il-federazzjoni tagħhom tal-weightlifting semmiet il-“prinċipju tal-għażla mhux sportiva” biex tiggwida d-deċiżjoni tagħha li tirrifjuta stediniet għal 10 atleti. Disgħa minn dawk l-atleti inizjalment aċċettaw stedina, skond il-KOI.
Il-federazzjoni tal-judo Russa indikat tħassib simili, u qalet li mhux se taċċetta l-“kundizzjonijiet umiljanti” u rrifjutat l-istedina għal erba’ atleti tagħha.
Allura, kif wasalna sa dan il-punt u kif se jidhru l-Olimpjadi għall-atleti li aċċettaw?
X’inhuma l-AINs?
Atleti b’passaporti Russi jew Belarussi li kienu eliġibbli biex jikkompetu bħala atleti newtrali f’Pariġi 2024 se jipparteċipaw bħala AINS – atleti individwali newtrali.
Din hija r-raba’ edizzjoni konsekuttiva tal- Olimpjadi fejn ir-Russi qed jikkompetu taħt il-mikroskopju.
Qabel l-invażjoni tagħha tal-Ukrajna, ir-Russja kienet diġà qed tiġi sanzjonata fuq il-palk sportiv internazzjonali għal skandlu ta’ doping sponsorjat mill-istat.
L-aħħar darba li setgħet tikkompeti f’Olimpjadi taħt il-bandiera u bl-innu tagħha stess kien fil-Logħob ta’ Rio tal-2016.
Fil-Logħob Olimpiku tax-Xitwa ta’ Beijing 2022 u fil-Logħob tas-Sajf ta’ Tokyo 2020, Russi li setgħu juru li kienu nodfa kkompetew bħala ROC (Kumitat Olimpiku Russu), filwaqt li fl-Olimpjadi tax-Xitwa ta’ Pyeongchang 2018, ikkompetew bħala OARS (Atleti Olimpiċi tar-Russja).
Bħala ROC u OAR, dehru bħala grupp fit-tabelli tal-midalji. Iżda bħala AINs mhux se jidhru – l-ewwelnett għax il-KOI mhux qed jinkludi l-midalji tagħhom fil-klassifikazzjoni tan-nazzjonijiet tagħhom, iżda fi kwalunkwe każ huma individwi aktar milli team.
kif Ir-Russi huma eliġibbli
biex jikkompetu?
Il-KOI inizjalment ipprojbixxa lill-atleti Russi u Belarussi wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna fi Frar 2022. Il-Belarus hija alleata mill-qrib tar-Russja u tappoġġja l-gwerra tagħha fl-Ukrajna.
Il-KOI aktar tard iddeċieda li atleti miż-żewġ pajjiżi jkunu jistgħu jipparteċipaw bħala newtrali jekk jissodisfaw kundizzjonijiet stretti ta’ eliġibbiltà, u qal li l-permess ta’ individwi jieħdu sehem kien dwar li “jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem”.
Fost il-kundizzjonijiet hemm:
– L-atleti m’għandhomx jappoġġjaw il-gwerra b’mod attiv.
– L-atleti ma għandhomx jiġu kuntrattati mal-militar Russu jew tal-Belarus jew aġenziji tas-sigurtà nazzjonali (ħafna clubs sportivi Russi għandhom rabtiet diretti mas-servizzi militari u tas-sigurtà).
– Timijiet mhumiex permessi.
L-atleti kellhom jikkwalifikaw għal-Logħob u mbagħad jgħaddu minn verifika doppja – l-ewwel mill-federazzjoni sportiva internazzjonali tagħhom u mbagħad mill-KOI, li waqqaf l-Individual Newtral Athlete Eligibility Review Panel (AINERP) biex jevalwa l-eliġibbiltà kontra dawk il-kundizzjonijiet.
Dawk li għaddew mill-kontrolli, imbagħad kienu mistiedna mill-KOI biex jipparteċipaw fil-Logħob.
Mhux se jkun hemm atleti fit-Track and Field minn-AINs għax il-World Athletics issospendew lir-Russi u lill-Belarussi kollha.
Kemm se jieħdu sehem
Russi f’Pariġi 2024?
Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qal li s-sena l-oħra kien qed jistenna massimu ta’ 55 Russi u 28 Belarussi f’Pariġi 2024, b’36 u 22 rispettivament huma “l-aktar xenarju probabbli”.
Ħmistax-il Russu u 17-il Belarussu biss aċċettaw stediniet.
Dan huwa f’kuntrast qawwi ma’ Tokyo 2020, fejn il-Kumitat Olimpiku Russu kien wieħed mill-akbar delegazzjonijiet bi 335 kompetitur fi 30 sport.
Huma spiċċaw fil-ħames post fil-klassifika tal-midalji f’Tokjo b’71 midalja (20 deheb, 28 fidda, 23 bronż).
Ir-Russja ilha dominanti f’bosta avvenimenti għal ħafna snin u għalhekk in-nuqqas ta’ tant mill-kompetituri tagħha se jiftaħ ċansijiet għal pajjiżi oħra.
Dan jinkludi, per eżempju, l-għawm artistiku fejn ir-Russi rebħu midalji tad-deheb kemm tat-timijiet kif ukoll tad-dwetti fl-aħħar sitt edizzjonijiet ta’ Logħob Olimpiku, u ġinnastika ritmika fejn ir-Russja rebħu deheb bħala team u individwali f’ħamsa mill-aħħar sitt edizzjonijiet tal-Logħob Olimpiku.
Liema Russi se
jikkompetu f’Pariġi 2024?
L-eks tennista numru wieħed fid-dinja, Daniil Medvedev, huwa l-aktar Russu ta’ profil għoli li se jieħu sehem.
Fost il-15-il Russu li aċċettaw stedina hemm ukoll sitt tennisti oħra, ġinnasta tat-trampolin, tliet qaddiefa tal-canoes, tliet ċiklisti tat-triq u għawwiem wieħed.
Skond il-KOI, disgħa minn 10 lottaturi mistiedna kienu inizjalment aċċettaw stedina iżda sussegwentement irrifjutaw. L-ieħor kien irrifjuta immedjatament.
Fost il-21 li rrifjutaw l-istedina hemm it-tennisti Andrey Rublev, Karen Khachanov u Daria Kasatkina u ċ-ċiklist tar-road race Aleksandr Vlasov.
Intant, fost is-17-il Belarussi li aċċettaw l-istedina hemm Ivan Litvinovich, li se jkun qed jiddefendi t-titlu tiegħu tat-trampolin tal-irġiel.
Jingħaqad miegħu ġinnasta ieħor tat-trampoline hemm tliet għawwiema, żewġ canoeists, żewġ tiraturi, żewġ qaddiefa, żewġ lottaturi, żewġ weightlifters, ċiklist tat-triq u atleta wieħed tat-taekwondo.
Fost is-seba’ Belarussi li naqsu hemm id-darbtejn champions tat-tennis tal-Grand Slam Aryna Sabalenka u Victoria Azarenka.