Monday, September 23, 2024

“Kif jiftaħ l-ajruport se nitlaq”

Aqra wkoll

Brian Borg jiftaħ kont bankarju għal ġbir ta’ fondi għall-operazzjoni fir-Renju Unit

Minn Carmen Cachia

Brian Borg, ir-raġel li dan l-aħħar għamel appell għall-għajnuna biex issirlu operazzjoni delikata, iddeċieda li ladarba jiftaħ l-ajruport ta’ Malta huwa jmur fir-Renju Unit biex jagħmilha. Brian qal lil inewsmalta li hu ma jiflaħx jistenna aktar għax miġugħ wisq u li jippreferi jagħmel din l-operazzjoni fi sptar speċjalizzat għall-persuni bi ksur f’daharhom fl-Ingilterra.

Il-każ ta’ Brian imur lura 30 sena meta f’inċident li kellu fil-pixxina tal-belt huwa sofra diversi skur f’ġismu. Minħabba waqgħa minn għoli ta’ tliet sulari, mill-età ta’ 14-il sena huwa spiċċa fuq siġġu tar-roti u tul is-snin kellu bżonn għadd ta’ interventi kirurġiċi u terapiji. 

“Ħajti saret wisq diffiċli u rrid ngħix ħajja dinjituża. Nitlobkom minn qalbi biex tgħinuni,” qal imqanqal Brian. Huwa qal li l-operazzjoni ma jridx jagħmilha f’Malta għax jemmen li jkun ferm aħjar għalih li jmur fl-istess sptar tal-ispinal cord injury li diġà kien fih fir-Renju Unit. Ir-raġel qal li ma jafx kif se jfendi ladarba jkun fir-Renju Unit, iżda huwa determinat li jagħmel din l-operazzjoni hemm u malajr kemm jista’ jkun.

L-operazzjoni li għandu bżonn issa hija l-“Cystoplasty Artificial Splinster”. Din hija meħtieġa minħabba li Brian isofri minn kundizzjoni ereditarja li poġġietu f’qagħda antipatika u mingħajr dinjità għax fost l-oħrajn, ħallietu mingħajr kontroll tal-urina. 

“L-operazzjoni hija delikata ħafna,” qal Brian, “mhix bħal meta tħit flokk u jekk ma jiġix tajjeb tarmih. Hemm ħajti fin-nofs…” sostna Brian. Huwa bħalissa jinsab imdejjaq ħafna u kemm-il darba semma’ li jinsab f’dipressjoni minħabba s-sitwazzjoni tiegħu. Għadd ta’ persuni li jafu lil Brian, permezz tal-midja soċjali, bagħtulu messaġġi ta’ kuraġġ u diġà bdew iħeġġu lil sħab Brian u lill-pubbliku inġenerali, biex flimkien jiġbru l-flus meħtieġa għall-operazzjoni ta’ Brian Borg.

Dawk li jixtiequ jgħinu lil Brian Borg biex jaqta’ xewqtu u jitla’ jagħmel l-operazzjoni fir-Renju Unit, in-numru  tal-IBAN fejn qegħdin jinġabru l-fondi huwa: GB80 REVO 0099 7011 3174 69.

Sport