Bħal lum 100 sena ilu, it-temp kien wieħed pjaċevoli, b’umdità ta’ 68%, viżibilità tajba u riħ ħafif mill-Punent Majjistral flimkien ma’ temperatura ta’ 27.3°C irreġistrata għall-ħabta tas-7.00 a.m.
Dan nafuh mill-ewwel osservazzjoni tat-temp li ġiet irreġistrata f’wieħed mir-reġistri tat-temp ta’ kuljum, li jmur lura għall-10 ta’ Lulju tal-1922 u li llum il-ġurnata jifforma parti mill-arkivji tal-Uffiċċju Meterjoloġiku.
Din id-data hija waħda sinjfikanti ferm għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta peress li timmarka l-bidu tas-servizzi ta’ osservazzjoni u tbassir f’Malta mill-Uffiċċju Meterjoloġiku.