Sunday, November 24, 2024

Kif l-imigrazzjoni taffettwa l-ekonomija

Aqra wkoll

Ħafna drabi l-effett tal-immigrazzjoni ta’ ħaddiema barranin fuq l-ekonomija huwa influwenzat minn pożizzjonijiet meħuda mill-aspett etiku, socjali u politici li jittiehdu minn żmien għal żmien. Pożizzjonijiet li sikwit titpoġġa quddiemhom id-domanda ta’ x’ tip ta’ hajja jew dinja irridu nghixu fiha. 

Biex naghti ezempju ta’ dawk li huma kontra l-imigrazzjoni, dawn jirragunaw li permezz tal-imigrazzjoni ikun hemm tibdil kulturali u socjali rapidu hafna filwaqt li dawk favur jemmnu li dawn jistghu jikkontirbixxu ghall-ekonomija tal-pajjiż, bħalma kien il-każ lura fiz-żmien fl-Istati Uniti u pajjiżi oħra Ewropej. 

Ekonomikament, dawk favur jargumentaw li l-imigrazzjoni tagħti spinta ‘il ekonomija ghaliex ikun hemm żieda fil-ħaddiema li jridu jaħdmu u dan minnu nnifsu jippromwovi l-innovazzjoni u xelta ikbar ta’ haddiema li lesti jahdmu f’ diversi oqsma li forsi fihom normalment ikun hemm skarzezza.

Minn naha l-ohra, dawk kontra, jargumentaw li l-imigrazzjoni twassal biex issir hsara lil haddiema lokali, specjalment dawk bi dhul baxx ghaliex il-haddiema barranin jigu sfruttati biex jahdmu b’ salarji inqas minnhom u johdulhom xogholhom.

  • Min għandu ragun?

Kultant nissuspetta li dawk li huma kontra l-ħaddiema barranin f’pajjiżna, apparti l-element Nazzjonalista estrem u r-razziżmu, jispiċċaw iħalltu ħaġa m’oħra. Jaraw il-ħmieġ u jgħidu li l-barranin. Jaraw ħaddiema jaqgħu u jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol u jgħidu li dawn ta’ rashom. Jaraw sewwieqa jsuqu bl-addoċċ u jgħidu li dawn huma biss dawk il-barranin li jsuqu l-muturi jew li jahdmu fil-qasam ta’ trasport. Qajla imma nindunaw li dawn huma sintomi m’ghandhom x’ jaqsmu xejn jekk intix Malti jew barrani ghax kulhadd ihammeg, kulhadd isuq bl-addocc, kulhadd rari jahseb f’ mizuri ta’ sigurta kultant. Li hemm komuni f’ dan kollu huwa n-nuqqas ta’ nfurzar. U li nwahhlu fil-haddiema barranin ghax jinhareg l-iskart kmieni jew f’ guranta hazina, hija biss skuza biex naghttu xturna ghaliex daws kemm hawn nies barranin li jaghmlu dan, daqstant iehor hawn Maltin. Kultant, barrani ma jifhimx is-sistema u jkun irid jidrha imma l-Maltin m’ghandhomx din l-iskuza ghax jafu ben tajjeb x’ suppost jaghmlu.

Mela li nuzaw dan bhala skuza biex nghidu li l-mudell ekonomiku ta’ Pajjizna mhux jahdem ghax huwa mibni fuq il-popolazzjoni jew il-haddiema barranin, ma jregix. 

Irridu nżommu f’rasna wkoll li parti kbira mill-ħaddiema barranin li jinsabu fostna, ġejjin minn pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea u allura rridu nagħmlu distinzjoni bejn ħaddiema Ewropej u dawk li ġejjin minn barra l-kontinent. Dawn il-ħaddiema jiġu b’ħiliet differenti u allura kważi kważi d-domanda tikkmanda x’tip ta’ haddiema jkollna bzonn. Biex naghti ezempji, zgur m’ hemmx argumenti li setturi bhal; turizmu, kostruzzjoni, sahha, ‘carers’, servizzi finanzjarji u informatika m’ghandhomx bzonn injezzjoni ta’ haddiema sabiex ikunu jistghu joperaw minghajr sulluzu. Dan ixejjen ftit jew wisq argumenti li kultant jitfaccaw fil-media socjali li Pajjizna ghandu jiddetta xi ‘capping’ ta’ kemm jista’ jkollna haddiema barranin jahdmu fostna. 

Ejja ma ninsewx, li kumpaniji li maghhom jahdmu dawn il-haddiema, maghhom jahdmu wkoll haddiema Maltin, li pero mhux bizzejjed biex izommu il-azjenda ghaddejja. Ifisser li kieku l-azjendi privati, lokali u barranin, ikollhom diffikulta jew peoblema biex isibu nies barranin li jkollhom bzonn ghax biex jidhlu mija iridu jispiccaw mija, allura jkunifisser li nkunu qed nipperikolaw l-ezistenza ta’ dwn l-azjendi bir-rizultat li anki dawk il-haddiema Maltin li jkunu qed jahdmu hemm, jitilfu posthom.

  • Popolazzjoni vs Ekonomija

Minn spettru ieħor, irridu niftakru wkoll li b’mod awtomatiku l-imigrazzjoni twassal għal żieda fil-popolazzjoni. Dan evidenti, imma ftit jaraw l-impatt dirett li dan għandu fuq l-ekonomija anki sa ma dawn il-haddiema jidhlu fid-dinja tax-xoghol. Ghandek il-kirjiet ta’ fejn iridu jghixu mall=familja taghom, il-prodotti lu s-servizzi li jridu jixtru fost l-ohrajn. Dan jiggenera dhul ikbar ghal negozji diga’ stabbiliti filwaqt li jaghtu spazju ghal ohrajn godda sabiex jikbru. 

Appena jidhlu fid-dinja tax-xoghol, impatt ekonomiku jizdied minhabba ddiversita’ fil hiliet taghhom, li semmejt aktar qabel. Dan bil-kontribut li huma jaghtu f’ ‘workforce’ ta’ setturi li aktarx qabel kienu skarsi. 

Aktar qabel semmejt xi setturi fejn indibu dan in-nuqqas ta’ haddiema. Hallejt barra ghalih apposta l-immaniggjar u l-gbir tal-iskart. Issa bl-ebda mod ma rrid inxebbah jew nassumilja lill-haddiema barranin mal gbir taliskart imma dan huwa settur li minkejja li ftit jahsbu fih, huwa krucjali ghal kull pajjiż. 

Sa mnalla jkollna dawn in-nies li jiġru kilometri kuljum, xemx u xita, sabiex jigbru l-boroż li aħna nħallu wara biebna. Xogħol li mhux biss ftit jew xejn issib min irid jagħmlu imma huwa xogħol li jirrikjedi stamina kbira tolleranza enormi ghal kundizzjonijiet differenti tat-temp. Dawn huma affarijiet li kulhadd jiehu forgranted imma kieku jkollhom dawn in-nies jieqfu, irrid nara’ kemm se jkun hawn minn dawk li jgergru ghall-haddiema barranin fostna li lesti jaghmlu dan ix-xoghol. Irrid nara’ kemm minn dawk li jghidu li l-haddiema barranin qed jiehdu x-xoghol u s-sarlaji tal-haddiema Maltin lesti jsibu Maltin li jridu jaghmlu dan ix-xoghol. 

Hawn issa mhux qed nitkellmu biss fuq valur mizjud mill-aspett ekonomiku imma wkoll socjali ghaliex irrid nimmagina l-pjazzez u toroq taghna jekk l-iskart li niggeneraw ma jingabarx.

Meta wiehed jipprova nimmina jew ipoggi ‘capping’ fuq l-imigrazzjoni legali, ikun qed ixekkel l-izvilupp ekonomiku u jpoggi f’ periklu ghad ta’ postijiet tax-xoghol ohra. Anzi, nghid li Pajjizna ghandu jhares li jkollu qafas inqas burokratiku u laborjuz, bla ma jippregudika s-sigurta’ tieghu, sabiex dawk l-imprendituri, investituri u kumpaniji li ghandhom bzonn hiliet li Pajjizna m’ghandux, naraw kif niffacilitaw dan il-process. Biex naghti ezempju, imprenditur zghir li ghandu fabbrika fil-qasam infdustrijali ta’ San Gwann, aktarx se jikkonsidra jaghlaq il-bibien tieghu ghax ma jistax isib sprayers fuq l-ghamara. Dan hu dak jridu dawk li kontimwament jghidu li ghandhom pjan ekonomiku differenti? X’ inhu dan il-pjan?

Is-success ta’ kull nazzjon huwa bbazat fuq li jinkoragixxi n-nies tieghu sabiex jaspiraw dejjem ghal hajja ahjar. Limitazzjoni ta’ haddiema barranin fl-oqsma li ghandna bzonn, certament li ma twassalx ghal dan. Dan iwassal biss biex Pajjizna ma jkunx kapaci jirrispondi u ma jkollux l-abbilta’ mehtiega biex jirrispondi b mod effettiv l-isfidi fis-settur tas-sahha u setturi ohra. 

Aspett iehor huwa n-nuqqas ta’ twelid ta’ tfal gewwa Pajjizna. Dan il-fenominu se jkompli jwassal biex id-domanda fuq is-‘supply’ ta’ haddiema tkompli tikber. Twassal ukoll biex aktar ma jgħaddi żmien, u anki bl-età medja li persuna qed tgħix, jibda jkollna dipendenza ferm ikbar fuq servizzi soċjali bħal pensjonijiet, b’inqas nies jikkontribwixxu għal dan. Dan jikkonferma li l-argument illi dawn il-ħaddiema huma piz fuq ix-xibka soċjali ta’ pajjiżna, mhux minnu. Ma rridux ninsew lanqas li ħafna minn dawn il-ħaddiema, ikunu f’pajjizna għal numru ta’ snin u x’aktarx li jirritornaw lura f’pajjiżhom, bla ma jkollhom dritt ghal pensjoni minn Malta la sarba jirtiriaw, minkejja li tul il-perjodu taghhom fostna jkunu ikkontribwixxew ghal-fond tas-sigurtà socjali u hlas fit-taxxa.

  • Maturità politika

Għalhekk huwa neċessarju li suġġett delikat bħal dan, jiġi diskuss b’maturità politika u sensibbilità. Żgur li bħal ħafna, dan mhux suġġett li għandu jispiċċa ballun poliitku sempliċiment sabiex nilħqu l-għanijiet tagħna jew nikkritikaw lill-Gvern għall-mod kif qed imexxi l-politika ekonomika tiegħu. Ir-riżultat huwa evidenti u dan ma ngħidux jien jew il-Gvern iżda jgħiduh l-aġenziji tal-kreditu, il-Fond Monetarju Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea nnifsha u istituzzjonijiet oħra akkreditati f’tali kompetenza.

Iva, bħal kull ħaġa ohra hemm aspetti negattivi li wieħed irid iħares lejhom bħalma semmejt qabel (l-infurzar), iżda bla ebda dubju li meta tpoġġi kollox fil-miżien, illum l-ebda pajjiż li jrid jimxi ‘l quddiem ma jista’ jagħlaq il-bibien tiegħu għall-immigrazzjoni. Ma rridux immorru ‘l bogħod. Jekk naraw li ġara’ ftit ta’ għexieren ta’ snin ilu wara t-Tieni Gwerra Dinjija, għandna stampa ċara ta’ kif kibret l-ekonomija Ewropea f’pajjiżi bħall-Ġermanja, l-Ingilterra u oħrajn. 

Sport