Saturday, November 23, 2024

Kif se jkunu qed joperaw ir-ristoranti skont il-protokolli?

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu waqt konferenza stampa ngħataw id-dettalji kollha bl-istruzzjonijiet li se jgħinu biex jinżamm l-aħjar livell ta’ iġjene u jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-virus.

• L-imwejjed ma jkollhomx aktar minn sitt persuni (sakemm ma dawn ma jkunux mill-istess dar)
L-imwejjed u s-siġġijiet jiġu diżinfettati kull darba li jintużaw
• Affarijiet fuq l-imwejjed mill-inqas
• L-impjegati jridu jilbsu maskri jew visors
• Affarijiet bħal melħ, bżar, ketchup u żejt jintużaw darba u jintremew
• Menùs u listi tal-inbid iridu jintużaw darba u jintremew
• Tipjip mhux permess fejn l-imwejjed, imma 10 metri ‘l bogħod
• Magni bis-sigaretti għall-bejgħ permessi imma jrid ikun hemm sanitiser ħdejhom
• Buffet ma jistax jiġi offrut
• Jistgħu jibqgħu miftuħin sal-11pm

Tindif tal-imwejjed is-siġġijiet u l-madwar

F’każ ta’ fejn għandu jsir tindif, dan għandu jsir mhux biss fuq il-mejda imma għandu wkoll isir fuq is-siġġijiet u l-madwar. M’għandu jitħalla ħadd jitpoġġa fuq mejda li għadha ma tnaddfitx sew. Hija r-responsabiltà tal-manager tal-post li jara li ma jkollux queues jistennew. F’dak il-każ wieħed għandu jieħdu n-numru tat-telefon u jċemplilhom meta jkun il-ħin li jistgħu jiġu servuti.

Ħadd ma jista’ joqgħod ma’ bars jew jieħu drink ma’ bar.

Id-dining areas:

kull min għandu post li jista’ jservi l-ikel barra għandu juża dan il-post. Minn għandu post li għandu barra u ġewwa, jista’ juża biss barra. Huma dawk il-postijiet li m’għandhomx fejn jagħtu s-servizz fuq barra li jistgħu jużaw ġewwa.

Il-każini se jiftħu bl-istess regoli tar-restaurants

Il-każini se jkunu wed josservaw l-istess regoli. Ħadd ma jista’ jmur biex jisserva minn mal-bar. Għandu jkun hemm servizz ta’ waiter.

Aqra Wkoll:

https://www.inewsmalta.com/2020/05/se-tkun-tista-tfittex-certifikat-fl-entratura-ta-kumpless-li-juri-li-l-operatur-qed-jikkonferma-mal-protokolli/

Sport