Saturday, December 21, 2024

KIF TAGĦMEL MOĦĦOK HEMM FL-EŻAMIJIET?

Aqra wkoll

F’dan l-isfond, it-tabiba Dr Georgiana Farrugia Bonnici fasslet gwida bil-kollaborazzjoni tal-psikoloġista Dr Madeline Duca bil-għan li l-istudent jkun jaf x’għandu jagħmel biex jagħmel moħħu hemm fl-eżamijiet.

F’kummenti ma’ talk.mt, Dr. Farrugia Bonnici tat 7 pariri lill-istudenti:

F’dan iż-żmien tas-sena, bosta studenti jinsabu ffukati fuq l-eżamijiet tar-“resits” li gejjin f’Settembru. L-istress u xi ftit tal-ansjetà lejliet xi eżami importanti, ma jonqsux. Madankollu, jekk dak li jkun jimxi b’mod organizzat u jieħu ħsieb saħħtu, għandu jserraħ rasu li se jirnexxi.

  • Sib post għall-kwiet biex tistudja bilgħaqal.
  • Qassam il-ġurnata – qis li ssib ħin biex tiekol u fassal pjan ta’ studju ċar biex iservik ta’ gwida. Biex tibqa’ tiftakar l-aktar affarijiet importanti tista’ fost l-oħrajn tuża kuluri jgħajtu.
  • Ara li tieħu breaks qosra ta’ spiss. Fil-break serraħ għajnejk u ixrob xi ħaġa jew mur mixja. Tħossokx qed tagħmel xi dnub mejjet għax taqta’ ftit – il-bniedem mhux magħmul biex jaħdem biss.
  • Jekk xogħlok tkun għamiltu ppremja lilek innifsek.
  • Ibqa’ f’kuntatt ma’ sħabek jew iftaħ qalbek ma’ xi ħadd. Jeżistu diversi professjonisti tas-saħħa u servizzi terapewtiċi li jistgħu jkunulek ta’ għajnuna.
  • Kul ikel san. Il-ħelu u l-luminati jżidu l-għejja. Ixrob ħafna ilma.
  • Orqod bejn 6 u 8 sigħat. Moħħok irid ikun frisk biex jaħdem sew.

Għal mistoqsijiet jew aktar tagħrif dwar is-saħħa ħolistika, ibghat messagg jew tista’ wkoll żżur dan is-sitwww.facebook.com/be.heart.healthy

Ekonomija

Sport