Saturday, December 21, 2024

KIF TIEĦU ĦSIEB IL-QURRIEGĦA JEW IX-XAGĦAR XOTTI

Aqra wkoll

Minn Dr. Georgiana Farrugia Bonnici (Tabiba) u Mr. Clayton Balzan (Stilista tax-Xagħar)

Kundizzjoni li hija komuni f’dan iż-żmien waqt it-tibdil tat-temp, hija dik ta’ ġilda jew qurriegħa xotta. Din tista’ tiġi kkawżata minħabba li l-glandoli sebaceous ikunu qed jaħdmu iktar bil-mod. Iżda meta l-kesħa tkun qiegħda tixxotta iktar il-ġilda minn naħa ta’ barra, jaf ikun hemm iktar qoxra li tifforma; kemm fix-xagħar jew madwar il-ġilda, li jkun fiha diversi ċelloli mejta. Dawn jistgħu jirriżultaw f’ħakk jew saħansitra xi ftit qsim, fejn jaf joħroġ ukoll xi demm.

Fil-każ ta’ qurriegħa xotta, jew saħansitra, formazzjoni ta’ qoxra żejda, huwa vitali li wieħed l-ewwel jara x’possibilment jista qiegħed jikkawża din il-kundizzjoni. Dan għaliex hawn diversi tipi ta’ “moisture shampoos” addattati għall-problemi differenti fix-xagħar jew fil-qurriegħa. Wieħed għandu jevita li jħokk rasu kontinwament ħalli ma tinstelaħx il-ġilda, u jevita wkoll li jitqaċċat ix-xagħar minn mal-basla.

F’din is-sitwazzjoni, il-conditioner għandu jiġi applikat fit-truf tax-xagħar biss, u idealment jitħalla għal madwar 10 minuti qabel ma jitlaħlaħ bl-ilma, sabiex ix-xagħra tieħu l-ikbar ammont ta’ idrazzjoni. Prodotti oħra, bħal dawk li jaħdmu kontra d-danni mis-sħana, jew kontra t-tagħqid eċċessiv tax-xahar, jistgħu jintużaw skont l-esiġenzi tal-individwi.

Għandna naraw ukoll li nixorbu l-ilma spiss ħalli nżommu kemm il-ġilda u anke x-xahar iktar idratati u radjanti. Xi xarbiet oħrajn bħall-green tea, jew xi ftit misħun bil-lumi jgħinu wkoll sabiex il-ġisem jissaffa minn diversi tossiċi u impuritajiet.

Jekk tixtieq issegwi l-blogg ta’ Dr Georgiana Farrugia Bonnici, tista’ tagħmel dan billi tagħmel like fuq din il-paġna ta’ Facebook: ×Be Holistically Healthy, MD×

Ekonomija

Sport