Saturday, November 23, 2024

Kim il-kelb maħbub minn familja Għawdxija jinstab mejjet l-Għarb

Aqra wkoll

Kim kien wieħed mill-klieb li kien ġie rrapportat nieqes waqt li allegatament kien qiegħed għand pet sitter f’Għawdex. Il-familja tiegħu kienet qalet li min isib il-kelb jingħata rigal.

Dan jidher li mhux l-ewwel każ ta’ kelb li kien nieqes f’dawn l-akwati fejn saħanistra kien hemm kelba oħra bl-isem ta’ Ruby li l-familja tiegħha offrew 5,000 ewro rigal għal min isibha.

Iżda fl-aħħar ħinijiet, l-Association for Abandoned Animals ħabbret fuq il-midja soċjali li Kim kien instab mejjet fl-Għarb Għawdex. Qed ikun allegat li l-petsitter kien iħallih jiġri fit-toroq flimkien ma’ klieb oħrajn.

L-Association for Abandoned Animals tgħid li din ma kinitx sorpriża li Kim instab mejjet hekk kif ħadd ma rah fl-aħħar ġranet u anke ħadd ma resaq ‘il quddiem biex jagħti informazzjoni fejn jinstab u jieħu rigal.

Jisħqu li hemm bżonn riformi b’mod immedjat biex każi bħal dawn ma jerġgħux iseħħu.

Sport