Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un deher għall-ewwel darba fil-pubbliku f’20 ġurnata fost spekulazzjoni dejjem tikber dwar il-kundizzjoni ta’ saħħtu.
L-aġenzija tal-aħbarijiet statali tal-pajjiż, KCNA, irrapportat li l-mexxej deher fil-pubblika biex inawgura fabbrika tal-fertilizzant.
Ir-rapport żied jgħid li eluf laqgħuh b’għajjat u ċapċip.
Is-servizzi sigrieti Amerikani u dawk tal-Korea t’Isfel kienu wrew ix-xettiċiżmu tagħhom li Kim kien miet wara l-ħtieġa ta’ operazzjoni.
Rapport dwar l-operazzjoni deher fil-midja tal-Korea t’Isfel, bir-rapport jindika li l-intervent kien wieħed ta’ natura karjovaskulari.