Tuesday, September 24, 2024

Kim Min Jae – “Nixtieq li nirbaħ lil Juventus”

Aqra wkoll

Id-difensur mill-Korea t’Isfel li jilgħab ma’ Napoli Kim Min Jae kien qed jitkellem wara l-ewwel xhur jilgħab fi Stadio San Paolo. Hu qal li jinsab ferm għal qalbu ma’ dan it-tim u ma basarx li kien se jadatta ruħu daqshekk malajr għall-iskemi tal-kowċ Taljan Luciano Spalletti.

Hu sostna li wieħed mit-timijiet li jixtieq li jirbħu hu proprju Juventus, tim li jammetti li ma tantx għandu simpatija lejh.

S’issa Min Jae lagħab għaxar partiti ma’ Napoli u skorja żewġ gowls.

Sport