Kim Min-Jae se jkun qed jingħaqad ma’ Bayern Munich mingħand Napoli hekk kif il-klabb mill-Bavarja se jkun qed iħallas il-klawsola ta’ €50 miljun li poġġew fil-kuntratt l-istess Partenopei.
Dan kollu wasal sena wara li l-plejer mill-Korea t’Isfel ingħaqad ma’ Napoli mingħand Fenerbache għal €20 miljun.
Kim kien strumentali għal Napoli sabiex jirbħu l-kampjonat wara nuqqas ta’ 33 sena.