Id-diriġenti ta’ Bayern Munich jinsabu xi ftit inkwetati bil-kundizzjoni fiżika tal-winger Kingsley Coman. Fil-fatt, l-eks plejer ta’ Juventus weġġa’ fil-logħba ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet kontra Augsburg li t-tim mill-Bavarja rebħu 3-2.
Hekk kif Coman għadu dubjuż meta reġa’ dieħel, l-istess diriġenti qed jaħsbu sabiex jantiċipaw il-wasla tal-winger Bryan Zaragoza li proprjament inxtara għall-bidu tal-istaġun li ġej u li se jiġu bżonnu mhux ftit f’dan iż-żmien.
Fil-fatt, għaddejjin diskussjonijiet ma’ Granada sabiex il-plejer jingħaqad magħhom mill-ġimgħa d-dieħla.