Kingsley Coman esprima x-xewqa tiegħu li jmur jilgħab fil-Premier League.
Il-winger jinsab taħt kuntratt ma’ Bayern Munich sal-2023, iżda Ġermaniżi għadhom ma kkonvinċewhx biex jiffirma ftehim ġdid.
Liverpool u Manchester City it-tnejn kienu marbuta ma’ pass għal Coman, li għandu 34 dehra għal Franza.
L-interess huwa reċiproku hekk kif iż-żagħżugħ ta’ 25 sena joħlom li jilgħab fl-ogħla diviżjoni Ingliża.
Huwa mifhum li Coman jirrifjuta kull offerta kuntrattwali fil-Bavarja jekk ikun hemm interess fih minn club fil-Premier League.
Coman għamel 203 dehra għal Bayern Munich, skorja 41 goal u rebaħ sitt titli konsekuttivi tal-Bundesliga fil-Ġermanja.