Il-winger ta’ Bayern Munich Kingsley Coman żvela li jixtieq jilgħab fl-Ingilterra u Spanja f’xi stadju tal-karriera tiegħu.
Il-player ta’ 26 sena qatta’ l-aħħar seba’ snin mal-ġganti Ġermaniżi, u f’Jannar estenda l-kuntratt tiegħu mal-club sas-sajf tal-2027.
Coman, li qabel qatta’ żmien kemm ma’ Paris Saint-Germain kif ukoll ma’ Juventus, rebaħ il-kampjonat f’kull wieħed mill-10 staġuni tiegħu bħala player professjonali, bil-Bundesliga tas-sena l-oħra tinkuruna s-seba’ titlu tiegħu mal-club mill-Bavarja.