Friday, September 13, 2024

Kingsley Coman segwit minn Real Madrid

Aqra wkoll

Real Madrid huma ħerqana li jesploraw ftehim għall-attakkant ta’ Bayern Munich, Kingsley Coman.

Il-Los Blancos x’aktarx jiffirmaw lil Kylian Mbappe bi free transfer is-sajf li ġej, iżda Eden Hazard u Gareth Bale huma t-tnejn mistennija li jħallu l-Bernabeu qabel l-istaġun 2022-23.

Il-club immexxi minn Carlo Ancelotti irid jiffirma attakaknt ieħor flimkien ma’ Mbappe u identifika lil Coman bħala mira ewlenija minħabba d-disponibbiltà potenzjali tiegħu.

Paris Saint-Germain, Chelsea, Manchester United u Juventus qed iżommu wkoll ħarsithom fuq l-aħħar żviluppi madwar l-internazzjonali Franċiż.

Coman reġa’ kien regolari għal Bayern matul l-istaġun 2021-22, fejn gaħmel 17-il apparenza fil-kompetizzjonijiet kollha, u skorja ħames goals u pprovda żewġ assists fil-proċess.

Il-kuntratt tal-player ta’ 25 sena fl-Allianz Arena għandu jiskadi f’Ġunju 2023, gmadankollu, u ċ-ċampjins tal-Bundesliga jingħad li qed jitħabtu biex jiffirmawh għal staġun ieħor minħabba d-domandi tal-pagi tal-attakkant.

Ekonomija

Sport