Sunday, November 24, 2024

Kinnie b’kollaborazzjoni mill-ġdid ma’ Malta’s Got Talent bħala Msieħba Uffiċjali għat-tieni staġun

Aqra wkoll

Kinnie, ix-Xarba Klassika tal-Mediterran mill-1952, b’sodisfazzjon tħabbar il-kollaborazzjoni mill-ġdid tagħha ma’ Malta’s Got Talent bħala Msieħba Uffiċjali għat-tieni staġun ta’ din il-produzzjoni televiżiva popolari.

Wara s-suċċess kbir tas-sħubija tagħha ma’ X Factor Malta, matul is-sena li għaddiet, Kinnie se takkumpannja lill- ġurati, lill-preżentaturi u lill-parteċipanti matul din is-sensiela kollha.

Din is-sena l-preżentazzjoni se tkun f’idejn Gianni Zammit, u l-ġurati se jinkludu lil Valentina Rossi, Gordon Bonello, Ray Attard u Sarah Zerafa.

Il-provi saru matul is-sajf u l-programm jibda fuq TVM f’Novembru. Il-parteċipanti qed jikkompetu għall-premju finali ta’ €25,000.

Is-Sur Karl Bondin, Manager tal-Marketing ta’ Simonds Farsons Cisk plc, qal li “Ix-xarba Kinnie ilha snin twal tappoġġja t-talent lokali, u għalhekk kienet naturali għaliha li tagħmel dan ukoll għat-tieni staġun ta’ Malta’s Got Talent.

Il-konsumaturi leali ta’ Kinnie u t-telespettaturi kollha jistgħu jirbħu biljetti għax-shows li se jittellgħu u oġġetti esklużivi mill-pjattaformi tal-mezzi soċjali ta’ Kinnie.”

Il-produzzjoni televiżiva Malta’s Got Talent għandha l-format ta’ Syco Entertainment, koprodotta u liċenzjata globalment minn Fremantle Media Limited u prodotta lokalment minn greatt company limited.

Kinnie, Diet Kinnie u Kinnie Zest huma prodotti, irreklamati, imqassma u mibjugħa minn Simonds Farsons Cisk plc.

Segwi lil Kinnie fuq https://www.facebook.com/kinnie.mt jew https://www.instagram.com/kinnie_malta/.

Sport