Kinnie, ix-xarba ikonika ta’ Malta, b’sodisfazzjon tħabbar li hi l-isponsor ewlieni ta’ PANIKU, programm televiżiv ġdid ibbażat fuq il-logħba popolari ta’ BDL Books.
PANIKU beda jixxandar minn Ottubru kuljum matul il-ġimgħa fuq TVM, eżatt qabel l-aħbarijiet tat-8pm. Il-programm, li huwa ppreżentat mill-personalità televiżiva maħbuba Jamie Cardona, iwiegħed divertiment b’ritmu mgħaġġel, sfidi intensi, u fond ta’ premjijiet b’valur totali ta’ €30,000.
“Il-Kinnie dejjem iċċelebrat it-talent, il-kreattività u l-komunità lokali,” qalet Clara Bugeja Jensen, l-Uffiċjal Eżekuttiv tal-Marka Kinnie. “Aħna kuntenti ħafna li qed nappoġġjaw produzzjoni lokali li se żżid l-eċitament fid-djar ta’ Malta u Għawdex.”
Bit-taħlita ta’ strateġija, umoriżmu, u deċiżjonijiet li jkollok tieħu f’ħin qasir, PANIKU mistenni jsir programm favorit mal-familji Maltin, u l-Kinnie kburija li hi parti minn dan il-vjaġġ.