Wara t-tnedija fenomenali tiegħu, fil-bidu tas-sajf li għadda, Kinnie Spritz mistenni jerġa’ jiddomina s-sajf f’Malta dis-sena wkoll. Dan l-aperittiv, b’kontenut alkoħoliku ta’ 4%, is-sajf li għadda offra esperjenza għalkollox ġdida kemm lil min jixrob u anke lil min ma jixrobx il-Kinnie.
Fih taħlita unika ta’ ħwawar naturali morri, spirti botaniċi, u nbid abjad frizzanti Taljan mir-reġjun tal-Veneto. Kinnie Spritz hu aperittiv b’kontenut baxx ta’ alkoħol ‘imħallat lest biex jinxtorob’ ħalli jżid il-gost tal-istaġun tas-sajf.
Kemm jekk fuq barra, id-dar, fil-bar jew mal-pool, Kinnie Spritz għandek tgawdih dejjem f’tazza tal-ħġieġ bis-sieq, bis-silġ u b’felli larinġa biex toħroġ l-aroma u t-togħmiet veri tiegħu.
Din is-sena ħejjejna offerta promozzjonali oħra u qed nagħtu tazza tal-ħġieġ ta’ Kinnie Spritz ma’ kull pakkett ta’ erba’ fliexken li tixtri.