Klieb il-baħar selvaġġi ‘l barra mill-kosta tal-Brażil irriżultaw pożittivi għall-kokaina. Dan ħareġ minn riċekra illi twettqet minn diversi xjenzati Brażiljani, liema riċerka uriet kif il-konsum illegali ta’ droga mill-bnedmin qed jagħmel ħsara lill-ħajja tal-baħar.
L-istess studju li jġib l-isem ta’ Cocaine Shark u li ġie ppubblikat fil-ġurnal Science of the Total Environment, juri kif ix-xjentisti studjaw l-iġsma tat-13 -il kelb il-baħar, li kienu maqbuda fix-xbieki tas-sajjieda lil hinn minn bajja f’Rio de Janeiro.
Studji preċedenti sabu li d-droga kokaina kienet preżenti fl-ilma tax-xmara, f’dik tal-baħar u fis-sistema tad-drenaġġ. Minbarra hekk, instabu wkoll traċċi tad-droga fi ħlejjaq oħra tal-baħar bħall-gambli. Li hu żgur li kif il-kokaina spiċċat fil-klieb il-baħar għadha misteru.
Ġie spjegat li hemm possibilita li d-droga ġiet mormija fil-baħar. Jista’ ikun ukoll li l-kokaina laħqet il-baħar permezz tas-sistema tad-drenaġġ u minn hemm allura għaddiet għall-klieb il-baħar.