Saturday, November 23, 2024

Knisja fil-Ġermanja tiftaħ il-bibien tagħha għall-Musulmani

Aqra wkoll

Illum, hija l-aħħar ġurnata tar-Ramadan għall-miljuni ta’ Musulmani madwar id-dinja. Din is-sena, din iċ-ċelebrazzjoni kienet affetwata minħabba l-imxija tal-COVID-19 bħal ħafna ċelebrazzjonijiet reliġjużi oħrajn.

Fil-fatt, il-moskea fid-distrett ta’ Neukölln fil-Ġermanja, minħabba l-ispazju limitat li għandha ma tistax tilqa’ Musulmani kemm tixtieq biex jitolbu. Ir-regolazzjoni tad-distanza soċjali li daħlet fis-seħħ fil-Ġermanja u f’kull pajjiż milqut mill-imxija, impedixxiet lil din il-moskea milli tilqa’ l-kwantità ta’ Musulmani li kienu jattendu fi snin preċidenti.

Fid-dawl ta’ dan, knisja fil-kapitali Ġermaniża, f’Berlin, fetħet il-bibien tagħha għal dawk il-Musulmani li kienu jattendu din il-moskea iżda issa ma jistgħux. Il-knisja ta’ Martha Lutheran f’Kreuzberg laqgħet numru ta’ Musulmani hekk kif ir-Ramadan riesaq fi tmiemu.

Bin-negattività kollha li ġabet magħha il-pandemija tal-COVID-19, mumenti bħal dawn juru x-xaqq ta’ pożittività li l-umanità wriet matul l-aħħar xhur ta’ tbatija li d-dinja għaddiet minnhom.

Sport