L-eks coach ta’ Barcelona, Ronald Koeman, qal lill-club biex ma jbiegħx lil Frenkie de Jong lil Manchester United.
Il-United qed isegwu lill-internazzjonali Olandiż bħala parti mir-reviżjoni tal-iskwadra ta’ Erik ten Hag qabel jibda l-istaġun tal-Premier League 2022/23.
Madankollu, biż-żewġ clubs imqabbda fin-negozjati, hekk kif Barcelona jimmiraw għal ħlas inizjali ta’ €65 miljun, li jitla’ għal €85 miljun b’żidiet oħra, ma sar l-ebda progress.
Il-president tal-club Katalan, Joan Laporta, ta x’jifhem li de Jong jeħtieġ li jnaqqas is-salarju tiegħu biex jibqa’ fin-Nou Camp, minkejja d-determinazzjoni personali tiegħu li jżomm f’idejn lill-eks midfielder ta’ Ajax.
Il-pożizzjoni ta’ Laporta hija riflessa minn Koeman, li jemmen li li jħalli lil de Jong jitlaq jibgħat messaġġ negattiv dwar il-progress ta’ Barcelona.
“Għandi ħafna kuntatt ma’ Frenkie u naf is-sitwazzjoni tiegħu”, skond rapporti minn ġurnal awtorevoli sportiv Spanjol.
“Hu diġá qal li jrid jibqa’, u l-intenzjoni tiegħu hi li jkompli ma’ Barca.
“Hemm ħafna xnigħat, iżda naħseb li Barca dejjem iżommu l-aħjar u jiffirmaw l-aħjar. Biex ittejjeb, ma tridx tbiegħ players bħal Frenkie de Jong.”
Il-kummenti ta’ Koeman se jiffokaw mill-ġdid l-attenzjoni fuq kif Barcelona jimmaniġġjaw is-sitwazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin, b’kemm Laporta kif ukoll de Jong jimbuttaw għal kontinwazzjoni fil-Katalonja.
Madankollu, jekk ma jistax jaqbel mat-termini fuq kuntratt ristrutturat, il-United se jkunu lesti li jagħmlu pass imġedded għall-player ta’ 25 sena.