Sunday, December 22, 2024

Kokaina mbagħbsa tħalli 16-il persuna mejtin u 50 l-isptar ġewwa l-Arġentina

Aqra wkoll

Awtoritajiet ġewwa Buenos Aires fl-Arġentina qalu li kokaina mbagħbsa ħalliet 16-il persuna mejtin u 50 oħra għall-kura fl-isptar. L-investigaturi jemmnu li din id-droga illegali aktarx  kienet jew imbagħbsa b’xi velenu jew inkella kienet imħallta b’xi kimika biex tnaqqas il-valur tad-droga. 

Fid-dawl ta’ dan, l-uffiċjali ta’ Buenos Aires ħarġu twissija biex kull min xtara kokaina f’dawn l-aħħar 24 siegħa jarmiha. Hu mifhum li d-droga mbagħbsa kienet mixtrija mill-istess lokal u s’issa kien hemm disa’ arresti. 

Min-naħa tagħhom l-in­ves­tigaturi qegħdin jistennew ir-riżultati tal-awtopsji li saru fuq il-vittmi biex b’hekk tkun tista’ ssir l-analiżi bejn id-droga kkunsmata u dik li ġiet ikkonfiskata fir-rejd li wassal għall-arresti. 

Rapport li kien ħareġ fl-2019 juri li l-Arġentina tinsab it-tielet fil-lista ta’ fejn tiġi kkonsmata l-ikbar ammont ta’ kokaina fil-kontinent Amerikan. Fl-ewwel post hemm l-Istati Uniti u fit-tieni hemm l-Urugwaj. 

Ekonomija

Sport