Thursday, November 14, 2024

Kollezzjoni tal-artist Pablo Picasso tinbiegħ għal $110 miljun fi rkant

Aqra wkoll

Ħdax-il biċċa arti tal-artist Pablo Picasso – li kienu esebiti f’lukanda ġewwa Las Vegas għal iktar minn żewġ deċenji – inbiegħu għal kważi $110 miljun fi rkant.

Dawn il-biċċiet tal-arti kienu proprjetà ta’ MGM Resorts, u kienu esebiti fil-Picasso Restaurant ġewwa l-Lukanda Bellagio. Il-kumpanija qalet li hija ddeċidiet li tbigħ dawn il-pitturi biex b’hekk ikunu jistgħu jiddiversifikaw il-kol­lezzjoni tagħhom.

Fl-irkant ġew mibjugħa disa’ pitturi u żewġ skulturi taċ-ċeramika kollha xogħol tal-artist Spanjol li miet fl-1973. Dawn il-biċċiet tal-arti nħadmu fuq perjodu ta’ 50
sena

Il-pittura magħrufa bħala Woman in a Red-Orange Beret tal-1930 – li hija ispirata mill-maħbuba u l-muża ta’ Picasso Marie-Thérèse Walter – kienet l-iktar li ġabet prezz għoli waqt dan l-irkant. Għall-ewwel kien maħsub li din se tinbiegħ għal madwar $30 miljun, iżda mad-daqqa tal-martell il-prezz kien tela’ għal $40.5 miljun.   

Ekonomija

Sport