Friday, December 13, 2024

“Kollox doppju, pjaċir doppju”

Żewġ papri enormi f’port f’Hong Kong biex iġibu l-kuntentizza

Aqra wkoll

Żewġ papri enormi tal-lakstu tpoġġew fil-port ta’ Victoria f’Hong Kong bit-tama li jġibu kuntentizza fost il-poplu. Kien l-artist Florentijn Hofman li ħareġ b’din l-idea fejn għamel il-papri b’kobor ta’ 59 pied.

Hofman qal li l-idea’ wara dan il-proġett hu li n-nies isibu l-kuntentizza. “Gost doppju, kuntentezza doppja,” qal l-artist. Hu sostna li “nittama li l-papri jġibu ferħ kif ġabu lili fil-passat u din id-dinja li għadha kemm għaddiet minn pandemija, għaddejja minn gwerra u sitwazzjonijiet politiċi li ma tantx huma tajbin jkun hawn ħafna aktar ferħ u kuntentizza.”

L-artist qal li hu kien ispirat mill-mappa tad-dinja u dawn il-papri qegħdin iduru d-dinja liema vjaġġ beda fl-Olanda fl-2007 u s’issa żaru Franza u anke l-Brażil.

Ekonomija

Sport