Friday, December 20, 2024

Kollox imħejji biex Rayan jingħata l-kura neċessarja ladarba jinħareġ mill-bir

Aqra wkoll

Il-ħaddiema tas-salvataġġ għadhom għaddejjin bit-tfittxijiet tagħhom biex jaslu għal ħdejn tifel ta’ ħames snin li t-Tlieta li għadda waqa’ f’bir qrib il-belt Marokkina ta’ Chefchaouen. Għalkemm huma jinsabu pożittivi li l-ħidma tinsab fl-aħħar stadji hekk kif dawn waslu f’passaġġ li jinsab biss ftit ċentimetri bogħod miċ-ċkejken, kibret il-biża’ li jista’ jkun hemm ċaqliq fl-art li jwassal għall-mewt tat-tifel.

Il-kap tat-taqsima tal-membri tas-salvataġġ qal li minn filmat li ġibdu, it-tifel deher mixħut fuq ġenb, iżda diffiċli ferm biex tiġi stabbilita l-kundizzjoni tiegħu. Fortunatament mill-istess filmat setgħu jinnotaw sinjali ta’ ħajja anke jekk deher li sofra xi ġrieħi f’rasu.

Intant il-ħaddiema tas-salvataġġ irnexxielhom iniżżlu maskla tal-ossiġnu, ikel u ilma fil-bir, iżda ma kellhom l-ebda konferma dwar jekk iċ-ċkejken irnexxilux jaċċessahom.

Fil-post hemm tim mediku u anke ħelikopter lesti biex f’każ li l-membri tas-salvataġġ jaslu jsalvawh, it-tifel jittieħed b’urġenza għall-kura neċessarja.

It-tifel, li ġie identifikat bħala Rayan, kien irrappurtat li qed jilgħab viċin ta’ dan il-bir u huwa mifhum li waqa’ madwar 32 metru minn fetħa dejqa. 

Ekonomija

Sport