Saturday, November 23, 2024

Kollox jinsab lest biex Cristiano Ronaldo jingħaqad ma’ Al Nassr

Aqra wkoll

Minħabba n-nuqqas ta’ interess ieħor minn clubs Ewropej, Cristiano Ronaldo iddeċieda li jingħaqad ma’ Al Nassr, fl-Arabja Sawdija. 

Rapporti qed isostnu li l-kuntratt tal-attakkant Portugiż se jibqa’ fis-seħħ sal-2030. Dan ifisser li huwa se jkun player għas-sentejn li ġejjin, bil-ħames snin l-oħra jkun fi rwol ta’ ambaxxatur tal-club. Għaldaqstant huwa se jibqa’ hemm sakemm ikollu 45 sena. 

Interessanti huwa l-fatt li l-irwol ta’ ambaxxatur se jkun għall-Arabja Sawdija, l-Eġittu u l-Greċja għat-Tazza tad-Dinja 2030.

Hu mifhum li kollox jinsab lest biex fil-jiem li ġejjin Ronaldo jiffirma b’mod uffiċjali wara li ż-żewġ partijiet qablu fuq is-salarju tiegħu u bonuses oħrajn. 

Sa qabel ma l-kuntratt tiegħu ma’ Manchester United ġie fi tmiemu b’mod ħesrem wara l-intervista li għamel ma’ Piers Morgan fuq il-media soċjali fejn ikkritika bl-aħrax lill-club, lill-coach u lill-players tar-Red Devils, Ronaldo qatt ma kellu f’moħħu li jmur jilgħab fil-kampjonat Sawdi. 

Fir-rigward tal-paga tiegħu, Cristiano se jaqla’ €200 miljun, iżda mhux kull staġun. Se jkunu €200 miljun għas-sentejn li jkun magħhom bħala player. 

Sport