Kollox jinsab lest għal Ġammari Muscat Pre-Seasoun Tournament minn Mosta FC għal sajf eċċitanti ta’ futbol.
Dan it-tournament se jkun qed isir fiċ-Charles Abela Stadium, il-Mosta mil-11 ta’ Lulju u jibqa’ għaddej sad-9 ta’ Awwissu.
Wieħed se jkun jista’ jsegwi mill-qrib il-klabbs lokali ewlenin jikkompetu bejniethom hekk kif jippreparaw għall-istaġun li ġej. Hija wkoll opportunità kbira biex wieħed isegwi players ġodda, talenti żgħażagħ, u l-players favoriti tiegħu fl-azzjoni qabel ma jibda l-kampjonat.