Sunday, December 22, 2024

Kollox jinsab lesti biex Lionel Messi jġedded ma’ Paris SG

Aqra wkoll

Kollox jinsab lest biex l-attakkant internazzjonali Arġentin, Lionel Messi, iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Paris St-Germain.

Min-naħa tagħhom, il-Pariġini jridu lil Messi jirtira l-karriera magħhom u għaldaqstant se jkollhom iħallsu ċifra kbira. 

Il-kuntratt tiegħu jintemm f’Ġunju li ġej u kien approċċ minn Barcelona, għalkemm mhux uffiċjali, biex Messi jerġa’ jirritorna fin-Nou Camp. 

Messi, li għandu 35 sena, kien l-ispirazzjoni tal-Arġentina biex rebħu t-Tazza tad-Dinja għat-tielet darba fl-istorja. Għalih, dan kien l-ewwel suċċess biex issa għaqqad il-vetrina kollha ta’ unuri kemm fuq livell personali, ta’ club u dak internazzjonali. 

Mal-Pariġini, bħalissa Messi qed jaqla’ €30 miljun fis-sena li ma jinkludux bonuses tal-imaġini u bonuses oħra. 

Qed jingħad li l-kuntratt il-ġdid se jarah jaqla’ salarju ta’ €40 miljun fis-sena. 

PSG iridu jorbtu lil Messi għas-sentejn li ġejjin … kwistjoni li bħalissa qed jiddiskutu fuqha. Jekk ma jkunx hemm qbil, Messi jista’ jiffirma sa Ġunju 2024 b’għażla li jġedded sena oħra. 

Ekonomija

Sport