Il-klabb li bħalissa jinsab fit-tielet post fil-klassifika taċ-Challenge League jinsab viċin ħafna li jakkwista s-servizzi tal-plejer ta’ 20 sena ta’ Naxxar Lions FC, Kayne Haber. Huwa mifhum li Haber għażel lill-klabb min-naħa t’isfel ta’ Malta u se jiffirma kuntratt fit-tul mal-istess klabb.
B’hekk, huwa se jiżdied man-nukleu ta’ plejers żgħażagħ, flimkien ma’ dawk aktar esperjenzati, tat-tim immexxi mill-kowċ Kevin Vella.



