Il-plejer tal-blackball ewlieni Malti Lydan Debono bħalissa qiegħed jittrenja biex jieħu sehem fl-ewwel tournament tal-IPA (International Professional Association) biex ikun jista’ jibda jitla’ fir-rankings mondjali wara li ġie inkurunat champion tad-dinja f’Novembru li għadda.
It-Tournament se jsir ġewwa Newcastle fl-Ungilterra u se jdum mis-27 sal-31 ta’ Marzu. Dan ma setax ikun possibli mingħajr l-għajnuna ta’ SportMalta kif ukoll tal-isponsors personali tiegħu.