Kollox jinsab lest għar-rally organizzat mill-Partit Laburista li se jsir illejla ġewwa l-MFCC, Ta’ Qali.
Il-Partit Laburista ħeġġeġ biex kull min irreġistra jkun bilqiegħda sas-6.00p.m.
Il-qofol ta’ dan ir-rally jintlaħaq bid-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela.
Din l-attività se tiżvolġi b’konformità mad-direttivi kollha mill-awtoritajiet tas-saħħa. Ir-rally se tixxandar live kemm fuq l-istazzjon tal-ONE kif ukoll fuq il-midja soċjali tal-Partit Laburista.
Inħeġġukom issegwu din il-paġna għal aktar dettalji llejla.