Sunday, November 10, 2024

Kollox lest għal-Logħob tal-Commonwealth li se jsir f’Birmingham

Aqra wkoll

Il-Logħob tal-Commonwealth, li beda fis-sena 1930 jinsab fit-22 edizzjoni tiegħu. Eżattament bħat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA.

Din l-edizzjoni se tibda għada l-Ħamis f’Birmingham, l-Ingilterra, u tintemm nhar it-Tnejn, 8 ta’ Awwissu, b’Team Malta huwa kompost minn 29 atleta li se jieħdu sehem  f’disa’ dixxiplini.

Dawn huma l-atletika, squash, judo, wrest­ling, weightlifting, badminton, lawn balls, ċikliżmu u triathlon.

Iż-żewġ atleti Maltin li se jġorru l-ban­diera Maltija waqt iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ li se ssir f’Alexander Stadium huma l-weightlifter Tenisha Thornton u l-player tal-isquash, Kijan Sultana.

Din is-sena se jieħdu sehem madwar 5,000 atleta li ġejjin minn 72 pajjiż.

Id-direttur tal-Kumitat Olimpiku Malti, Charlene Attard, hija l-kap tad-delegazzjoni Maltija kif ukoll ix-Chef-de-Mission għal dawn il-Logħob.

Sport