Wednesday, December 25, 2024

Kollox lest għal SiGMA Europe 2024… “Waħda mill-akbar avvenimenti fl-industrija tal-gaming” – il-Ministru Silvio Schembri

Aqra wkoll

Kollox jinsab lest għall-attività SiGMA Europe 2024 li se ssir f’pajjiżna bejn il-11 u l-14 ta’ Novembru. Sena wara l-oħra, din l-attività qed tkompli tikber u din is-sena mhux eċċezzjoni, hekk kif mistennija tkun fost l-akbar ta’ kull żmien.

Proprju rigward dan, tkellimna mal-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri, fejn tana iktar dettalji fuq xi tfisser din l-attività għal pajjiżna. Fi kliemu: “Dan huwa avveniment importanti ħafna għal pajjiżna. L-ewwel nett tajjeb ngħid li din hija inizjattiva li bdiet minn pajjiżna fl-2013. Qabel kienet sabet il-bibien magħluqa u mbagħad kien proprju dan il-Gvern li fetaħ il-bibien beraħ biex din l-inizjattiva kompliet tikber minn waħda għas-suq lokali, għal waħda mondjali, tant li llum hija meqjusa bħala waħda mill-ikbar avvenimenti fejn tidħol industrija tal-gaming u anke tenkoloġiji innovattivi oħra.”

“Hija attività ekonomika importanti ħafna għal pajjiżna tant hu hekk li nistgħu ngħidu li tkopri ghall-attività turistika għax-xahar ta’ Novembru, fejn qabel dan ix-xahar kien wieħed kajman u llum il-ġurnata huwa wieħed mill-iktar attiviti għall-industrija tal-bars, ristoranti u lukandi eċċ… tad-divertiment kollu tista’ tgħid, u hija attività li tkompli ssaħħaħ l-eko-sistema tal-industrija tal-gaming ġewwa pajjiżna u għalhekk huwa importanti li naraw li kemm jista’ jkun li din tibqa’ sseħħ ġewwa pajjiżna għax issostni l-aspett ekonomiku mhux biss għall-attività per se imma jkolha ‘ripple effect’ fuq ħafna aktar kumpaniji Maltin u Għawdxin.”

Sadanittant, Transport Malta qalet li se jkunu qed isiru arranġamenti tat-traffiku għal min irid jaċċessa SiGMA 2024 permezz ta’ mezzi tat-trasport differenti. Se jkun hemm punti ta’ pick-up/drop off deżinjati fi Triq tat-Tromba.

Taxis bojod se jwaqqfu lill-parteċipanti fil-bitħa ta’ Salv Bezzina & Sons. Y-plates se jkunu qed iwaqqfu l-parking biswit Triq Garibaldi filwaqt li geofencing madwar iż-żona se jgħin sabiex ma jkunx hemm tfixkil fl-influss tat-traffiku. 

Ekonomija

Sport