Il-11-il edizzjoni tat-Teamsport Goalkeeper Battle se ssir fl-4 u l-5 ta’ Ġunju 2022 fil-ground tal-football ta’ San Ġwann. Għal darb’oħra dan l-avveniment se jkun organizzat b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali San Ġwann u l-qligħ kollu se jmur għall-Fondazzjoni Żem Żem li hija organizzazzjoni volontarja li tipprovdi għajnuna finanzjarja lil pazjenti li jbatu minn mard li għalih il-kura ideali mhix disponibbli fis-sistema nazzjonali tas-saħħa tagħna.
Se jieħdu sehem ukoll numru sabiħ ta’ goalkeepers barranin mill-Italja, Spanja u l-Ingilterra f’diversi kategoriji.
Il-kategoriji kollha huma:
U/9 – U/11 – U/13 – U/15 – U/17 – U/19 – Kbar – Bniet
Jistgħu jieħdu sehem massimu ta’ 32 goalkeeper f’kull kategorija u se jkunu miġbura fi tmien gruppi ta’ erba’ goalkeepers kull wieħed.
L-ewwel żewġ goalkeepers minn kull grupp se jgħaddu għall-fażi tan-knock out.
Kull partita għandha tul ta’ żewġ minuti u l-logħob kollu se jkun ikkontrollat mir-referees tal-MFA.
Se jingħataw trofej lir-Rebbieħa, Runners up u t-timijiet ikklassifikati fit-Tielet post kollha f’kull kategorija.
Il-parteċipanti kollha se jingħataw kit sħiħ tal-goalkeeper, ingwanti tal-goalkeeper u midalja kommemorattiva.
L-applikazzjonijiet se jitqassmu lin-nurseries kollha f’Malta u Għawdex u jinstabu wkoll f’TEAMSPORT fl-Iklin, il-ħanut DI MILANO SPORTS f’Raħal Ġdid u fil-ground tal-football ta’ San Ġwann.
L-open days għall-ġbir tal-applikazzjonijiet se jsiru mis-Sibt 23 ta’ April u kull nhar ta’ Sibt mid-9.00am sa 12.00pm fil-ground tal-football ta’ San Ġwann.
Id-data tal-għeluq hija l-Ħadd 22 ta’ Mejju.
Il-poloz se jittellgħu l-Ħamis 26 u l-Ġimgħa 27 ta’ Mejju fit-Teamsport fl-Iklin.