Thursday, December 26, 2024

Kollox lest għall-finali ta’ Miss & Mr World Malta 2023

Aqra wkoll

Kollox jinsab lest għall-finali ta’ Miss & Mr World Malta 2023. Din se tkun is-26 edizzjoni ta’ Miss World Malta u l-10 edizzjoni ta’ Mr World Malta.

Bħal kull sena, grupp ta’ kontestanti jieħdu sehem biex waħda minn dawn it-tfajliet tintgħażel nhar l-Erbgħa 26 ta’ Lulju. Ġew uffiċjalment magħżula bħala kontestanti f’Jannar li għadda, fejn tul dawn is-seba’ xhur ħadu sehem f’diversi attivitajiet fosthom il-programm edizzjoni speċjali televiżiv “Gateway To Miss & Mr World Malta” li kollha kellhom sehem importanti fih.

Ringrazzjament speċjali imur lejn il-fotografi uffiċjali li taw sehemhom waqt photoshoots tul l-attivitajiet li ġew organizzati u anka timijiet ta’ stilisti, li ħadmu mill-qrib ma’ dawn it-tfajliet u ġuvintur.

Ħafna preparamenti u rehearsals biex l-Erbgħa 26 ta’ Lulju tkun serata mill-isbaħ ġewwa Forti Sant Iermu il-Belt , fejn se naraw sfilati minn djar differenti tal-moda, u sfilata tax-xagħar biex dawn jikkomplimentaw din is-serata.

Dan l-avvenimet se jkun imtella’ minn Modelle International b’direzzjoni ta’ Sue Rossi u Claudia Calleja.

Se jkun hemm ġurija mħallta komposta minn Maltin u barranin fejn se jiġġudikaw il-kontestant. Ftit tal-ġranet qabel, se jiġu iġġudikati għall-ewwel parti tal-voti minn ġurija li se tkun differenti minn dik tas-serata finali. Il-kontestanti waħda, waħda se jiġu mistoqsija mistoqsijiet u jingħataw punti fuq il-figura u l-personalitá tagħhom.

Apparti li jitħabbru r-rebbieħa, se jkun hemm diversi titli ohra, ftit minnhom huma sponsorjati minn kumpaniji u titli oħra importanti li se jingħataw huma ‘Beauty with a purpose’, ‘Best Personality’ u oħrajn.

Se jkun hemm ukoll madwar seba’ stilisti tax-xagħar, fejn se jieħdu ħsieb il-kontestanti tul is-serata flimkien ma’ make-up artists.

Wara li jitħabbru r-rebbieħa, jibdew preparamenti ġodda biex jittieħdu r-ritratti, ħalli jkunu jistgħu jittellgħu fil-website tal-Miss u Mr World fejn jingħaqdu mal-kontestanti l-oħra. Apparti minn hekk, jintgħażlu wkoll il-ħwejjeġ li se jkunu se jilbsu fil-finali. Din is-sena f’għeluq il-71 anniversarju, il-finali ta’ Miss World se ssir gewwa l-Indja.

Ringrazzjament speċjali imur għall-isponsors tas-sapport kontinwu tagħhom u Visit Malta.

Ekonomija

Sport