Kolumbjana ta’ 31 sena residenti Birkirkara, dalgħodu tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.00am fi Triq Mikiel Anton Vassalli.
Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Kia Picanto misjuqa minn raġel ta’ 21 sena residenti Marsaskala u mutur TVS Jupiter misjuq mill-vittma. Il-mara minnufih ingħatat l-għajnuna minn tim mediku, iżda sfortunatament hija kienet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

