Thursday, November 28, 2024

“Kommess li jinkisbu riżultati importanti fil-qasam edukattiv”

Aqra wkoll

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu għall-aħbar li hu kien inħatar bħala Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport, il-Ministru Clifton Grima qal li jħossu onorat li ġie fdat b’responsabbiltà tant importanti li minnha jiddependi l-preżent u l-futur tal-istudenti tagħna.

Huwa qal li kommess li flimkien ma’ sħabu tal-kabinett taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela, kif ukoll b’ħidma mal-istakeholders kollha nvoluti, fosthom l-edukaturi, l-istudenti u anke l-ġenituri, ikomplu jaħdmu bla heda sabiex jiksbu r-riżultati importanti fil-qasam tas-settur edukattiv.

“Ser nibqgħu naħdmu sabiex inkomplu niksbu riżultati importanti fis-settur sportiv li issa ġie elevat għal-livell ministerjali”, tenna Grima.

Sport