Wednesday, November 19, 2025

“Kommessi li naraw li l-Isptar tal-Annimali jinfetaħ mill-aktar fis possibli” – is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said

Aqra wkoll

“L-ebda annimal u s-sid tiegħu m’għandhom jgħaddu minn kalvarju f’nofs ta’ lejl. Għalhekk aħna kommessi li naraw li l-Isptar tal-Annimali jerġa’ jinfetaħ mill-aktar fis possibli”

Iddikjarat dan is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Saidwaqt li qed jiġu diskussi l-estimi finanzjarji tal-Ministeru tiegħu fejn stqarret li fl-istess waqt tinsab infurmata li fil-ġimgħat li ġejjin se tinfetaħ emergency clinic sabiex dawk kollha li jiġu bżonn assistenza veterinarja f’ħinijiet atipiċi isibu vet mifuħ bil-lejl u f’festi pubbliċi. 

Irrimarkat li fejn jidħlu l-commitments, skontha l-Gvern huwa wieħed kredibbli għax dak li jitwiegħed jitwettaq. Hawnhekk, hija żiedet tgħid; “Infatti hekkk għamilna fejn jidħlu d-diversi riformi u leġislattivi li wegħdna u lleġiżlajna, anke jekk kontra kull kurrent tal-Oppożizzjoni”. 

Semmiet kif riċentament permezz ta’ bidliet fil-liġijiet tal-pet groomers, illum qed naraw li s-salons li jipprovdu dan is-servizz lil annimali huma armati skont l-istandards li titlob il-liġi, inkluż healthplan, cameas fl-istabbiliment, u dak kollu meħtieġ biex jiġi assigruat l-aqwa kura għall-annimali. 

Dwar il-kampanja tast-tiswija, Bugeja Said saħqet kif wara li sar investiment ta’ eluf ta’ ewro, il-figura għal din is-sena mistennija li tilħaq terz ta’ miljun ewro. Qalet li dan qed isir bil-għan li titnaqqas il-popolazzjoni tal-qtates stray, ħalli mhux biss jittnaqqsu t-tbatija tal-istess qtattes,imma wkoll jitnaqqsu l-isfidi li jaffaċċjaw il-cat feeders. 

Is-Segretaju Parlamentari qalet ukoll li; “Għandna diversi proposti elenkati għas-settur tas-sajd, però l-aktar waħda maġġuri ngħid jien hija dik li jkollna l-ewwel strateġija ta’ din ix-xorti f’Malta- strateġija illi se tfassal l-10 snin li ġejjin fejn jidħol is-settur tas-sajd”. 

Dwar din l-istrateġija, hija żiedet tgħid li permezz ta’ din l-istrateġija qed tingħata viżjoni u tama lil dan is-settur. Fiha qed jitkellmu dwar fejn qegħdin u fejn irridu nieħdu lil dan is-settur. Viżjoni ffukata fuq sensiela ta’ laqgħet u konsultazzjonijiet mas-settur, u abbażi ta’ pariri minn esperti internazzjonali li għandhom il-kredenzjali fejn tidħol is-sostennibiltà tas-settur tas-sajd, u kif jista’ jkun aktar reżiljenti. 

Tenniet tgħid li l-viżjoni ta’ dan il-Gvern hija xprunata sabiex tkompli titwettaq politika favur is-sajjieda u l-familji tagħhom, favur il-bdiewa u l-familji tagħhom, favur il-konsumturi Maltin u Għawdxin, favur is-sidien tal-annimali u favur l-attvisti u voluntiera. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport