Statistika uffiċjali tikkonferma li fʼAwwissu 2025, l-għadd taʼ nies jirreġistraw għax-xogħol naqas bʼ111-il persuna fuq Awwissu tas-sena l-oħra. Dan juri li s-suq tax-xogħol għadu, kif ilu jkun, joffri opportunitajiet ta’ xogħol għal min m’għandux.
L-istess statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi wkoll li l-irġiel kienu jgħoddu 66.8 fil-mija jew 686 tal-għadd kollu taʼ dawk jirreġistraw għax-xogħol, filwaqt li n-nisa kienu jammontaw għal 33.2 fil-mija jew 341.
It-tnaqqis fil-livelli tal-qgħad kien irreġistrat fil-gruppi kollha tal-età. Fl-istess waqt, in-numru taʼ persuni bʼdiżabbiltà jirreġistraw għax-xogħol naqas bʼ35 meta mqabbel mal-istess xahar tal-2024.
L-impjiegi taʼ appoġġ klerikali kien ix-xogħol l-aktar imfittex minn dawk li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol.