Monday, December 23, 2024

Kompla jonqos il-qgħad f’Malta

Aqra wkoll

Ir-rata ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol f’Malta kompliet turi xejriet pożittivi tant li r-rata ta’ nies qegħda kompliet tonqos. Dan hekk kif fi Frar li għadda r-rata tal-qgħad naqset b’1 punt perċentwali, minn 4.1 % fi Frar 2021 għal 3.1% fi Frar ta’ din is-sena. 

Dawn ċ-ċifri ħarġu minn statistika li ppublikat il-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea għax-xahar ta’ Frar f’dik li hi rata tal-qgħad aġġustata skont l-istaġun.

Is-sitwazzjoni kemm fl-Unjoni Ewropea u anki fiż-żona tal-ewro wkoll irreġistrat tnaqqis fir-rata tal-qgħad. Fiz-Żona tal-Ewro, ir-rata nies bla mpjieg fi Frar li għadda kienet ta’ 6.8 %, tnaqqis  minn 8.2 % fi Frar 2021. Ir-rata fl-UE kienet 6.2 % fi Frar 2022, tnaqqis minn 7.5% fi Frar 2021. 

L-istimi tal-Eurostat juru li 13.267 miljun raġel u mara fl-UE, li minnhom 11.155 miljun fiż-żona tal-euro, kienu qiegħda fi Frar 2022. Meta mqabbel ma’ Jannar 2022, in-numru ta’ persuni qiegħda naqas b’221 000 fl-UE u b’181 000 fiż-żona tal-ewro. Meta mqabbel ma’ Frar 2021, il-qgħad naqas b’2.568 miljun fl-UE u b’2.150 miljun fiż-żona tal-ewro.

Dawn l-istimi huma bbażati fuq id-definizzjoni tal-livelli tal-qgħad tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) użata globalment, li tgħodd bħala qegħda nies mingħajr impjieg li ilhom ifittxu xogħol b’mod attiv fl-aħħar erba’ ġimgħat u huma disponibbli biex jibdew jaħdmu. 

Skont il-Eurostat, fl-istess xahar indikat, il-kriżi tal-COVID-19 u l-miżuri applikati biex tiġi miġġielda kienu ħaġun li wasslu għal żieda qawwija fin-numru ta’ talbiet għal benefiċċji tal-qgħad madwar l-UE. Fl-istess ħin, parti sinifikanti ta’ dawk li kienu rreġistraw f’aġenziji tal-qgħad jistgħu ma għadhomx qed ifittxu impjieg b’mod attiv jew ma għadhomx disponibbli għax-xogħol. 

Il-pajjiżi Ewropej li fi Frar li għadda rreġistraw l-ogħla rata ta’ qgħad huma Spanja bi 12.6%, il-Greċja bi 11.9%n u -Italja bi 8.5%

Ta’ min ifakkar  li fil-kuntest tal-Covid-29, il-pandemija ftit li xejn kellha effett fuq is-suq tax-xogħol u l-impjiegi f’Malta tant illi bil-miżuri fiskali li ħa l-Gvern, fosthom bis-suppliment tal-pagi u għajnuniet oħra lin-negozji u lill-familji ġew salvati eluf ta’ mpjiegi u n-negozji fil-biċċa l-kbira tagħhom baqgħu joperaw.

Ekonomija

Sport