Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
Minn meta kelli tliet snin dejjem kelli mħabba kbira lejn il-ballun, li nemmen li twelidt biha.
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek mat-tim tal-U17 ta’ San Ġwann FC.
Jien ilni sitt snin mal-klabb ta’ San Ġwann. Qabel kont nilgħab bħala Striker u b’ għajnuna ta’ xi kowċis sibt il-pożizzjoni tiegħi ta’ Central Defensive Midfielder (CDM). Ir-rwol tiegħi huwa li niddefendi u noħloq azzjonijiet biex intella’ t-tim ‘il fuq.
X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul dan l-istaġun sa issa? X’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l-istaġun?
Jiena nemmen li rridu nibqgħu nirsistu u naħdmu sal-aħħar
Kemm hu importanti s-settur tal-grassroots fil-futbol?
Jiena qatt ma ħadt il-futbol bħala delizzju – dejjem stinkajt u rsistejt biex inkunu tim wieħed.
Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek fil-futsal mat-tim nazzjonali Malti.
Kelli l-opportunitá li ġejt magħżul mat-Tim ta’ Malta tal-Futsal ta’ taħt is-17 u d-19-il sena, kif ukoll kelli ċ-ċans biex immur kamp ta’ taħriġ ta’ tlitt ijiem man-Nazzjonal tal-futsal tal-kbar, li kienet esperjenza indimentikabbli u li għallmitni ħafna
Kemm huma simili u differenti minn xulxin il-futbol u l-futsal?
Il-Futbol u l-Futsal huma żewġ tipi ta’ sport differenti ħafna. Għandek il-futsal li trid taħseb malajr biex toħloq azzjoni f’inqas ħin, mentri fil-futbol għandek 11-il plejer u grawnd kbir fejn tista’ tifrex il-logħob iktar. It tnejn li huma huma importanti għalija.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol u l-futsal?
Jien dejjem emmint fija nnifsi għalkemm ikun hemm mumenti li ssib l-ostakli biss u ssib min jipprova jaqtagħlek qalbek milli tkompli. Lili jagħmluli aktar kuraġġ biex nirsisti iktar u nasal fejn irrid. Jien dejjem b’dixxiplina u dedikazzjoni nemmen li l-motivazjoni li naħdem u nirsisti għalija u għat-tim kollu.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Għal dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li jinteressaw ruħhom f’dan l-isport ngħidilhom biex jagħmlu kuraġġ u qatt ma jaqtgħu qalbom ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi. Komplu aħdmu u rsistu kemm għalikom personali kif ukoll għall-klabb. Jiena nemmen li żbalji jsiru biss irid ikollok il-kunfidenza u l-kuraġġ fik innifsek ħalli meta tiżbalja bħal kwalunkwe plejer tagħraf l-iżball u titgħallem minnu!



