Tħabbret il-mewt tal-Perit u eks Ministru, Michael Falzon. F’messaġġ fuq Facebook, il-Prim Minstru Robert Abela ta l-kondoljanzi lill-qraba ta’ Falzon.
Spjega kif ma’ Falzon, ħadem fuq livell professjonali snin ilu fejn waqqfu waħda mill-akbar assoċjazzjonijiet tal-pajjiż. Qal li ġie jżuru l-aħħar propju ftit ġimgħat ilu fejn kellhom diskursata interessanti dwar kif jaraw il-futur ta’ pajjiżna u kif dan jista’ jitjieb.
Irrimarka li l-Eks Ministru ta servizz lill-pajjiż u li minkejja li kellu opinjoni differenti minnhu, ir-rispett ma naqas qatt. Temm jgħid; “Ħsibijietu dejjem kien jippreżentahom b’tali mod li joħroġ il-ġid. Jiddispjaċini ferm għat-telfa tiegħu”